Imniedi l-pjan ta' estensjoni u rigenerazzjoni
tac-Cimiterju Santa Maria Addolarata [06/11/2009]Nru 1933
L-Onor. John Dalli, Ministru għall-Politika Socjali, dalgħodu nieda ufficjalment
il-pjanijiet tal-Gvern ghac-Cimiterju Santa Maria Addolorata, waqt konferenza
tal-ahbarijiet li prezenti ghaliha kien hemm ukoll l-Onor. Joe Cassar,
Segretarju Parlametari ghas-Sahha.
Waqt prezentazzjoni li saret dalghodu mill-Ministru Dalli, kienu spjegati
l-oggettivi tal-Gvern ghar-rigenerazzjoni tac-cimiterju biex fi kliem
il-Ministru Dalli stess, dan ic-cimiterju jerga’ jiehu lura l-valur
arkittetoniku tieghu.
Il-Ministru Dalli spjiega kif il-Gvern ghandu erba’ oggettivi.
L-ewwel oggettiv huwa l-estensjoni tac-cimiterju biex jizdied b’9,066 qabar.
It-tieni oggettiv huwa l-upgrading tal-parti ezistenti fejn se jigu indirizzati
l-bzonnijiet strutturali tac-cimiterju, fosthom, it-toroq interni, id-distribuzzjoni
tal-ilma, u r-ristrutturar tal-kappella. It-tielet oggettiv hu li l-amministrazzjoni
tac-cimiterju tigi assenjata lill-operatur privat taht managment agreement u skond
standards rigoruzi. Jigi assikurat il-finanzjament mehtieg biex il-manutenzjoni
tac-cimiterju tibqa’ ssir b’mod rigoruz fis-snin li gejjin.
Il-Ministru ghall-Politika Socjali qal li dan il-progett se jkun self financing
u se jkun qed jithallas mill-bejgh tal-oqbra li l-prezz taghhom se jkun ippubblikat
dalwaqt b’Avviz Legali.
Il-Ministru temm jghid li dan il-progett se jibda jitlesta fi zmien tliet snin f’fazijiet u li b’mod immedjat se jibda r-restawr tal-parti ezistenti tac-cimiterju.
DOI – 06.11.2009
|