Ministry for Social Policy - News
Skemi Godda mill-Awtorita' tad-Djar[06/10/2009] Nru 1694 L-Awtorita’ tad-Djar nidiet skemi godda sabiex jiehdu post l-iskemi li kienet toffri l-istess Awtorita’. L-ghan tal-Awtorita’ huwa li kull skema tkun means tested biex tiżgura li l-ghajnuna tmur ghand dawk li verament ghadhom bżonn u mhux lil min qieghed f’pożizzjoni li jista’ jhallas ghal manutenzjoni tal-post. Il-metodu ta’ kif jinhadem il-means testing gie rrangat ukoll biex tinghata ghajnuna lil min ghandu diffikulta’ finanzjarja biex irendi l-post iktar diċenti. L-Awtorita’ stabbiliet massimu fuq kull ghotja li tinghata, u dan il-massimu hu bbażat fuq ghajnuna li nghatat matul dawn l-ahhar ghaxar snin. Min ghandu dhul baxx ser jinghata ghotja ta’ 100% fuq ix-xoghlijiet filwaqt li s-sussidju jonqos iktar ma joghla d-dhul. Saru wkoll tibdiliet fl-iskemi biex jirriflettu t-tibdil li sar fil-ligi tal-kera li ghadha kif ghaddiet. L-Awtorita’ nidiet skemi li jkopru xoghlijiet ta’ struttura sabiex jitnehha perikolu f’postijiet tal-Gvern u biex jghinu lil sidien li ma jkunux jistghu jhallsu biex jaghmlu xoghlijiet strutturali fi proprjeta’ mikrija skont l-obbligi taghhom taht il-ligi tal-kera. L-Awtorita’ ser toffri assistenza ghal xoghlijiet ta’ rrangar u titjib f’postijiet tal-Gvern, fil-privat kif ukoll ghal sidien sabiex nghollu l-kwalita’ ta’ housing f’Malta. L-iskema tas-sussidju fuq il-kera qieghda tigi riveduta wkoll sabiex tilhaq l-ghanijiet tal-ligi tal-kera kif ukoll biex tghin iktar lil dawk li verament jixirqilhom. Skemi ohra joffru assistenza sabiex tigi msahha l-aċċessibilita’ ghall-persuni b’diżabilita’ u anzjani li ghandhom problemi ta’ mobilita’. Skemi ohra huma relatati ma’ xoghlijiet fil-partijiet komuni ta’ postijiet tal-Gvern u l-installazjoni ta’ lifts fi blokki tal-Gvern. L-iskemi l-godda huma l-iskemi ‘A S.M.I.L.E.’ fejn kull ittra tirrelata mal-isem tal-iskema. Taht Skema A, l-Awtorita’ taghti sussidju fuq xoghlijiet ta’ rrangar u titjib f’residenzi privati okkupati minn sidien u f’residenzi mikrija lill-inkwilini. F’każ ta’ sidien li qeghdin jghixu fid-dar li fuqha qed tintalab l-ghajnuna, jinghataw sussidju fuq xoghlijiet ta’ rrangar u titjib filwaqt li fil-każ ta’ sidien ta’ residenzi mikrija lill-inkwilini, ghajnuna tinghata biss ghal xoghlijiet strutturali sabiex jitnehha perikolu skont l-obbligi taghhom taht il-ligi tal-kera l-gdida. Skema SM giet imnedija sabiex l-Awtorita’ tad-Djar taghmel ix-xoghlijiet neċessarji relatata mal-istruttura biex jigi eliminat kull perikolu fl-istruttura. Din l-iskema hija bbażata fuq il-miżuri msemmija taht il-ligi tal-kera l-gdida fejn il-kera li l-inkwilini jkunu qed ihallsu tigi miżjuda b’sitta fil-mija tal-valur tax-xoghlijiet maghmula/mhallsa mill-Awtorita’ tad-Djar. Skema I tkopri sussidju fuq xoghlijiet ta’ irrangar fi djar privati u fi proprjeta’ tal-Gvern okkupata, it-tnejn okkupati minn inkwilini. Din l-iskema tapplika biss ghal fondi mibnija fi jew qabel l-1995 u ghal kull sena ‘il quddiem mis-sena 2009, l-eligibilita’ tiżdied b’sena. Din l-iskema tapplika ghal xoghlijiet ta’ rrangar u titjib li jaqghu taht l-obbligi tal-inkwilini kif imsemmi fil-ligi tal-kera li ghadha kif giet approvata sabiex il-post jinżamm fi stat tajjeb. Permezz ta’ Skema L, l-Awtorita’ ser tkompli tghin lil persuni b’diżabilita’ sabiex dawn ikunu jistghu jaddattaw id-dar taghhom ghall-bżonnijiet taghhom li jippermettulhom jghixu b’mod indipendenti jew semi indipendenti qrib il-familjari taghhom. Ghajnuna taht din l-iskema tinghata ghall-installar ta’ lift jew stair lift u alterazzjonijiet fil-post skont il-bżonn tal-applikant. Taht Skema E, l-Awtorita’ tad-Djar tilqa’ applikazzjonijiet ghall-installazzjoni ta’ lifts fi blokki/entraturi ta’ appartamenti li huma proprjeta’ tal-Gvern jew tal-Awtorita’ tad-Djar. Taht din l-iskema l-Awtorita’ qed tishaq l-importanza tal-Assoċjazzjoni tar-Residenti li hija essenzjali sabiex residenti fi blokki tal-Gvern jistghu jibbenefikaw minn din l-iskema. L-installar tal-lifts mill-Awtorita’ tad-Djar taht din l-iskema jsir skont programm li jigi stabbilit fuq bażi ta’ prijorita’. Ta’ kull sena, l-ghajnuna li l-Awtorita’ taghti f’sussidji tilhaq id-disa’ miljun ewro.
|
|||
