Ministry for Social Policy - News

 

Stqarrija kongunta bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Zghazagh u Sport u s-Segretarjat Parlamentari ghas-Sahha


[07/10/2009]

NO. 1702

Kif kien thabbar, l-istudenti kollha li kellhom il-kwalifiki mehtiega sal-31 t’Awissu kienu accettati biex isegwu l-korsijiet fin-Nursing fl-Universita’ ta’ Malta. Tant hu hekk li filwaqt li originarjament kienu se jigu accettati 140 student ghall-korsijiet tal-Bacellerat u d-Diploma fin-Nursing, fil-fatt gew accettati 25 student iehor biex isegwu dawn iz-zewg korsijiet. Dan ifisser li waqt li s-sena l-ohra kienu dahlu 90 student, din is-sena akkademika, l-Universita’ ta’ Malta accettat 165 student.

B’referenza ghall-istqarrija mahruga mill-kelliem tal-Oppozizzjoni ghall-Politika Socjali Michael Farrugia, irid jinghad li s-Segretarjat Parlamentari tas-Sahha ha l-inizjattiva li jaghmel kampanja li thajjar aktar studenti lejn il-professjoni tan-Nursing. Din il-kampanija tant kienet ta’ success li din is-sena kien hemm 75 student iktar li se jsegwu l-kors tan-nursing fuq is-sena l-ohra. Dan juri l-impenn tal-Gvern li qed jipprova jattira aktar zghazagh lejn karriera fis-settur tas-sahha.

Kif thabbar mill-Gvern u mill-Universita’ ta’ Malta, l-istudenti li joqoghdu ghar-resits u ghaddew, inghataw career guidance biex ikunu jistghu jaghzlu korsijiet fis-settur tas-sahha.

Din is-sena, l-Institute of Health Care accetta numru akbar ta’ studenti fil-korsijiet li qed jigu pprovduti fis-settur tas-sahha. In-numru ta’ studenti godda ghas-sena akkademika hija ta’ 336 f’korsijiet differenti bhal nursing, occupational therapists, midwifery, physiotherapists, etc.

L-istudenti li applikaw ghad-Diploma fin-Nursing u m’ghandhomx il-livell mehtieg ta’ sitt ezamijiet fil-livell ordinarju se jsirilhom, aktar tard dan ix-xahar, il-proficiency test biex jigi determinat jekk jistghux isegwu l-kors tad-diploma fin-nursing jew korsijiet ohra fil-qasam tas-sahha.

Sadanittant il-Gvern u l-Universita’ qeghdin f’tahditiet kontinwi biex jittiehdu l-mizuri kollha mehtiega biex izidu n-numru ta’ postijiet ta’ studenti mhux biss fin-Nursing imma wkoll fil-professjonijiet kollha tal-qasam tas-sahha.


DOI – 07.10.2009