Ministry for Social Policy - News

 

Apprentisti f'Ceremonja ta' Gradwazzjoni


[11/09/2009]

Nru. 1502


Apprentisti f'Ceremonja ta' Gradwazzjoni


Il-Ministru tal-Politika Socjali, l-Onor. John Dalli, ipprezenta c-certifikati lil 246 apprentisti, wara li temmew programm intensiv fl-apprentistat. L-iskemi ta’ l-apprentistat jahdmu fuq sistema doppja fejn l-apprentisti jqattghu hin ghat-tahrig f’istituzzjoni ta’ tahrig vokazzjonali u hin ghal tahrig fuq il-post tax-xoghol.

Il-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig hi responsabbli mill-amministrazzjoni tas-sistema ta’ l-apprentistat. Din tinkludi l-ghazla u l-placement ta’ l-apprentisti, il-monitoragg ta’ l-apprentisti biex ikun zgurat li t-tahrig qed jinghata kif ippjanat, u t-trade testing finali.

L-apprentistati huma opportunitajiet tajba ghaz-zghazagh biex jiksbu esperjenza prattika ta’ xoghol filwaqt li jkunu ghadhom qed jistudjaw f’istituzzjoni edukazzjonali bhall-MCAST u l-ITS. Dan il-mod ta’ tahrig jiffacilita t-tranzizzjoni ta’ l-istudenti mill-iskola ghax-xoghol. L-apprentistat hu wkoll opportunita` ghal min ihaddem biex iharreg kandidati prospettivi bhala impjegati futuri li l-kumpanija nnifisha tkun harrget skond il-htigijiet partikolari taghha. Bhal issa hawn 619 apprentisti (‘il fuq minn 300 fl-1995) li qed jahdmu ma’ aktar minn 300 kumpanija f’Malta u Ghawdex.

L-apprentisti li rcivew ic-Certifikat Journeyman mill-ETC specjalizzaw f’oqsma differenti. Dawn jinkludu t-tiswija tal-ajruplani, il-bini u l-kostruzzjoni, it-teknologija tal-kompjuter, l-elettronika, il-preparazzjoni ta’ l-ikel u x-xorb, it-teknologija tal-laboratorji, l-inginerija mekkanika u elettrika, it-tiswija u l-manutenzjoni tal-karozzi, it-tellar, il-plumbing, l-istampar, it-teknologija ta’ l-arja kondizzjonata, xoghlijiet fil-bini u fir-restawr tieghu u il-welding.

Fil-prezent il-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig qed tipprocessa l-applikazzjonijiet ta’ madwar 320 persuna li applikaw biex jidhlu f’apprentistat minn Ottubru li gej.

Ghal aktar informazzjoni fuq l-apprentistati, l-pubbliku huwa mistieden biex jaghmel kuntatt mat-Taqsima ta’ l-Apprentistat tal-Korporazzjoni fuq Tel. Nru. 2220 1303 / 11 jew permezz ta’ l-email - apprentice.etc@gov.mt.


DOI – 11.09.2009