Il-President George Abela jzur il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita' [22/07/2009]NRU. 1271
‘Huwa ta' sodisfazzjoni kbir ghalija li l-Community Chest Fund se timpjega
zewg persuni b’dizabilita’ fit-Taqsima tal-Customer Care taghha, kif ukoll l-
ufficcju tal-President se jimpjega persuna li tiehu t-telefonati li wkoll hassejna
l-htiega li naghtu din l-opportunita’ lil persuna b’dizabilita’’
Dan qalu l-President George Abela waqt zjara li ghamel lic-centru tal-
Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Dizabilita’. L-Onorevoli Ministru John
Dalli wkoll attenda ghal din iz-zjara. Ic-Chairman tal-kummissjoni, Joe
Micallef qal li dan ic-centru huwa tal-oghla livell ta’ accessibilita’ lejn persuni
b’dizabilita u jhaddan numru kbir ta’ impjegati b’xi tip jew ohra ta’ dizabilita’.
Huwa jsostni li aktar ma post tax-xoghol ikollu facilitajiet accessibbli, iktar se
jaghti opportunita’ ta’ xoghol lil persuni b’xi dizabilita’ partikolari.
Il-President George Abela gie pprezentat bi ktieb li dalwaqt se ssir il-launch
tieghu. F’din il-pubblikazzjoni wiehed se jsib hafna informazzjoni siewja ghal
persuni b’dizabilita.
DOI – 22.07.2009
|