Ministry for Social Policy - News

 

Stqarrija tal-Ministeru Ghall-Politika Socjali b'risposta ghall-istqarrija tad-Deputat Michael Farrugia


[13/07/2009]

Aktar minn 45,000 familja applikaw għac-Children’s Allowance u l-għajununa supplimentari

Id-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali rċeviet b’kollox ‘l fuq minn 45,000 applikazzjoni għal tiġdid tac-children’s allowance u tal-għajnuna supplimentari. Il-Benefiċċji kollha li setgħu jinħadmu fil-ħin tħallsu mal-pagament tas-Sibt l-4 ta’ Lulju. Madanakollu fil-każ ta’ l-Allowance tat-Tfal, il-Ministeru hu nfurmat mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li kien hemm xi każi fejn familji inbagħtilhom il-flat rate taċ-Children’s Allowance, minħabba li l-applikazzjonijiet wasslu tard jew ma kienux mimlija kollha kif suppost. Id-diviżjoni għamlet l-għażla li flok tħalli lill-familji jistennew minħabba li kien hemm xi informazzjoni nieqsa, tibgħat il-minimu tac-Children’s Allowance u d-differenza se toħorġ premezz ta’ pagament ieħor fil-granet li gejjin.

Fil-fatt il-Ministeru infurmat li bħalissa għaddej xogħol fid-Diviżjoni biex dawk l-applikazzjonijiet kollha li wasslu tard jew li ma kellhomx l-informazzjoni kollha biex jitlestew fil-ħin jitħallsu d-differenza fl-anqas ħin possibli. Infatti kull ġimgħa qed jsir proċess fejn jintbagħtu l-pagament dovuti tal-applikazzjonijiet kollha li jitlestew. Il-Ministeru qed jinvestiga dawn il-każi.

Fil-każ tal-Benefiċċju għall-Enerġija, il-vouchers ma jkunux annessi mal-kontijiet tad-dawl u l-ilma iżda jaslu għand mingħandu dritt għat-tnaqqis fil-kont tad-dawl u l-ilma wara l-ħruġ tal-kont. Il-Ministeru infurmat li l-vouchers fejn dovuti, għandhom jibdew jaslu għand il-pubbliku għall-aħħar ta’ din il-ġimgħa.

Dwar il-Pensjoni għall-Invalidita’ irid jigi ċċarat li d-deċiżjoni jekk persuna tikkwalifikax għal din il-Pensjoni ssir minn professjonisti mediċi fuq il-bazi ta’ dokumenti medici (li jinkludi anke l-file mediku li pazjent jista’ jkollu fl-isptar). Barra minn hekk, l-applikazzjoni ikollha d-dettalji medici kollha tal-pazjent mimlija mit-tabib jew specjalista’ tal-applikant. Ghalhekk mhux gust li jintefa’ xi dubju ghax persuna ma tkunx ezaminata fizakment meta d-dokumenti medici kollha huma ipprezentati mal-applikazzjoni.

L-applikant jista’ jitlob reviżjoni tal-każ tiegħu għal aktar minn darba. Din ir-reviżjoni ssir minn tabib ieħor tal-Bord u mhux it-tabib li jkun ra l-każ l-ewwel darba. Kien hemm minn talab aktar minn revizjoni wahda, bl-opportunita’ li jipprezenta aktar certifikati jew rizultati medici dwar il-kaz tieghu jew taghha.

Id-Divizjoni tas-Sigurta’ Socjali dejjem lesta li titkellem ma’ minn iħoss li jixtieq jiccara xi punti dwar it-talbiet taghhom. Altru milli ried jaghti l-impressjoni l-Onor Farrugia, mhux ghaddejja xi krucjata mid-Divizjoni tas-Sigurta’ Socjali kontra familji. Id-Divizjoni hija mpenjata li fejn hemm l-abbuzi jitwaqfu izda meta tittiehed decizjoni din id-decizjoni tittiehed biss fejn id-Divizjoni jidhrilha li ghandha bizzejjed provi li qed ikun hemm abbuz.

Din is-sena l-Gvern ivvota aktar minn €630 miljun f’beneficcji socjali għall-familji Maltin u Għawdxin li minnhom qed igawdu t-tfal, l-anzjani, ommijiet u missirijiet u familji li l-aktar għandhom bżonn.


13.07.09